Ftit tal-ħin ilu jidher li seħħ inċident fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn fejn jidher li sewwieq tilef il-kontroll, baqa’ dieħel f’parapett b’konsegwenza li spiċċa f’ħanut tal-Ironmongery.
Jidher ukoll li fl-inċident karozza oħra ta’ lewn abjad ukoll spiċċat bi ħsarat estensivi.
Il-Kelliem għall-Pulizija, Brandon Pisani kkonferma ma’ talk.mt li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Aktar dettalji kif jaslulna…