Monday, December 23, 2024

Sewwieq isofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ karozza kellu ttieħed l-Isptar għall-kura ta’ ġrieħi gravi li sofra waqt ħabta bejn il-karozza li kien qed isuq u karozza oħra fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

Dan l-inċident tat-traffiku seħħ għal ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu meta l-pulizija ġiet infurmata b’ħabta bejn żewġ vetturi, Seat Ibiża misjuqa minn raġel ta’ 40 sena minn Wied il-Għajn u Mitsubishi misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti ż-Żejtun.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tas-Seat Ibiża li wara ttieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei għal kura għal ġrieħi gravi li ġarrab.

Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.

Ekonomija

Sport