Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri mill-ġrieħi gravi.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li kien għall-ħabta tad-8.50am meta l-il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti Bormla, vann Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Fgura u Hyundai Kona misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lis-sewwiq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.