Sunday, October 27, 2024

Sewwieq iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku 

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-1:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Marsa, Marsa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li vettura Mazda 323F misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Marsaskala ħabtet ma’ barriers ta’ central strip fl-istess triq. Passiġġiera fil-vettura kien hemm raġel ta’ 19-il sena residenti Raħal Ġdid u tfajla ta’ 17-il sena residenti l-Ħamrun. 

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ir-raġel ta’ 27 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li t-tfajla ġarrbet ġrieħi ħfief. Ir-raġel ta’ 19-il sena ma sofriex ġrieħi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Sport