Sunday, February 8, 2026

Sewwieq jaqa’ aktar minn sular bil-mutur b’kollox fix-Xewkija

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li kien flimkien ma’ tnejn oħra jipprattikaw id-delizzju tagħhom ta’ off roading waqa’ aktar minn sular fl-inħawi ta’ fejn hemm l-impjant tal-WasteServ fix-Xewkija.

Is-sewwieq għandu madwar 35 sena.

Jirriżulta li l-vittma hu Malti u tela’ Għawdex jipptrattika dan id-delizzju flimkien ma’ tnejn oħra. Hekk kif waslu wara l-impjant ta’ WasteServ jidher li għaddew minn fuq xi blat jiżloq bil-konsegwenza li waqa’ għal isfel.

Kienu sħabu stess li ċemplu għall-għajnuna u fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u anke infermieri b’ambulanza.

Wara li tella’ minn fejn kien, hu beda jingħata l-ewwel għajnuna, u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura.

Għalhekk il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa, jidher li mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport