Sunday, December 22, 2024

Sewwieq Malti b’impenji fir-Renju Unit

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-sewwieq Malti tal Hillclimb Zach Zammit jinsab fi triqtu lejn ir-Renju Unit, sabiex fi tmiem il-ġimgħa se jkun qed jieħu sehem f’rawnd ieħor tal-Kampjonat Brittaniku ta’ Hillclimb. Din id-darba, it-tellieqa ser issir f’Harewood.

Harewood Speed Hillclimb tinsab ħdejn ir-raħal ta’ Harewood, West Yorkshire, l-Ingilterra u hija twila 1448 metru. Hija l-ewwel darba li Zammit ser itellaq f’dan it-triq.

Wara problemi bl-issettjar tal-karozza fit-tiġrijiet preċedenti, Zammit u t-tim tiegħu huma kunfidenti li din id-darba se jmorru aħjar. Dawk li jixtiequ jsegwu t-tellieqa live jistgħu jagħmlu dan fuq il-midja soċjali.

Ekonomija

Sport