Kien għall-ħabta tal-10.00pm li l-Pulizija ġew informati li fi Triq Rue D’Argens l-Imsida kien hemm persuna li ttajret.
Hekk kif marru fuq il-post irriżulta li persuna li l-identità tagħha s’issa għadha mhix magħrufa ttajjret waqt li kienet qiegħda ssuq e-scooter.
Jidher li hu ntlaqt minn karozza Peugeot 308 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti Birżebbuġa.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-e-scooter l-Isptar. Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li jidher li s-sewwieq qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija għandhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.