Monday, April 29, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imdina

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 38 sena u residenti r-Rabat qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tat-3:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiiku fit-Telgħa tas-Saqqajja fl-Imdina

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Mazda misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar u mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq ta’ mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport