Sunday, November 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta fil-Mosta

Aqra wkoll

Dalgħodu għall-ħabta tat-8.00am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 68 sena u joqgħod San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq, tat-tip Toyota, bil-konsegwenza li laqat il-barrikati tas-siment.

Bid-daqqa, il-karozza marret fuq il-karreġġjata opposta u seħħet ħabta bejn il-karozza u mutur Ducati, li kien qed jinstaq minn Irlandiż ta’ 41 sena residenti l-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport