Ilum, għall-ħabta tas-1:30 p.m.,, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Citroen DS3 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq u mutur Hyosung XRX misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti Santa Luċija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.