Thursday, February 12, 2026

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Latmija, Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hino Dutro misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Suzuki GSX misjuq minn raġel ta’ 19-il sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport