Wednesday, August 27, 2025

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 28 sena residenti s-Siġġiewi qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li lbieraħ filgħaxiјa għall-ħabta tas-6:30 p.m.,  kien involut f’ħabta f’Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-inċident seħħ bejn vettura tal-għamla Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 32 sena minn Ħal Balzan, u mutur tal-għamla Benelli misjuq mill-vittma

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport