Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq d’Argens, il-Gżira.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 24 sena residenti tas-Sliema u mutur Lexmoto Riviera misjuq minn mara ta’ 45 sena u residenti Ta’ Xbiex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet ċċertifikata bi ġreħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.