Tuesday, January 6, 2026

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fl-Imsida

Aqra wkoll

lbieraħ, raġel ta’ 30 sena residenti l-Imsida, għal ħabta tal-4:00 p.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel
Anton Vassalli, Msida.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma kien qed isuq mutur Honda meta seħħ impatt ma’ BYD E6, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport