Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Marsaxlokk

0
45

Sewwieq ta’ mutur li għandu 35 sena minn Franza qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan hekk kif aktar kmieni kien għall-ħabta tal-11:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Melqart f’Marsaxlokk. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Kymco misjuq mill-Franċi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejj