Taljan ta’ 45 sena ġie ċċertfikat bi ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6.00pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħompesch, il-Fgura.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Chevrolet Aveo misjuqa minn Albaniża ta’ 32 sena residenti l-Fgura u mutur Kawazaki ZR750 misjuq minn Taljan ta’ 45 sena residenti Wied il-Għajn.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.