Għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 23 sena u joqgħod Santa Venera, kien sofra xi ġrieħi wara li allegatament, waqt li kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki, intlaqat minn vettura li baqgħet sejra. Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u l-persuni kollha ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.
Ix-xufier tal-mutur ġie ċċertifikati li weġġa’ b’mod gravi
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.