Illum, għall-ħabta tad-9:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żejtun u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 79 sena u jgħix iż-Żejtun ukoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.