Saturday, May 24, 2025

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fil-Marsa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-7.15am kien involut f’inċident tat-traffiku.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li huma ġew informati li fi Triq Aldo Moro, il-Marsa kien seħħ inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 65 sena residenti San Ġwann u mutur Yamaha GPD125-A misjuq minn Albaniż ta’ 37 sena u jgħix San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport