Sewwieq ta’ mutur li għandu 47 sena residernti l-Kalkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-1:30, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq mill-vittma u vann tat-tip Citroen Jumper misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater De b’ambulanza.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.