Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Sant’ Elizabetta, ix-Xewkija.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti x-Xagħra kien qiegħed isuq mutur Kentoya meta ħabat f’barrikata u waqa’. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed permezz t’ambulanza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.