Thursday, December 26, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ta’ 31 sena residenti l-Belt Valletta qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-vittma u Ford Transit Courier misjuq minn raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport