Dalgħodu, Taljan ta’ 21 sena, għal xi l-5.30am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Andrija, Pembroke.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kymco Agility, tilef il-kontroll u ħabat ma’ barrikata tal-konkos.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ kienet infurmata il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.