Thursday, March 5, 2026

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt f’inċident f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident f’Ħal Għaxaq.

L-inċident seħħ l-Erbgħa, għall-ħabta tal-4.15 p.m., fi Triq il-Pitirross. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki Alto misjuqa minn raġel ta’ 75 sena residenti Bormla u mutur Sym Symphony SR misjuq minn Pakistan ta’ 31 sena residenti ż-Żejtun.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat Dr Franco Agius ġie infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport