Monday, November 18, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi serji wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-14:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Birżebbuġa, Isuzu TFR misjuq minn raġel ta’ 58 sena residenti s-Siġġiewi u Mitsubishi RVR misjuq minn raġel ta’ 31
sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta assistenza lis-sewwieq tal-mutur sakemm imbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport