Sewwieq ta’ mutur ta’ 45 sena residenti s-Sannat jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Tercel misjuqa minn mara ta’ 86 sena residenti x-Xewkija, u mutur Benelli misjuq mill-vittma.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
b’ambulanza għal kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.