Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m., il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Bella Vista, San Ġwann. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Renault Megane u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 42 sena, residenti Birkirkara.
Ir-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Il-pulizija għaddejja bi tfittxija għal raġel li kien qed isuq ir-Renault fil-ħin tal-inċident, imma li allegatament telaq minn fuq il-post.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta, filwaqt li lPulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.