Friday, November 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-1:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliż ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kymco li kien qiegħed isuq u konsegwentament waqa’ u baqa’ jitkaxkar sakemm ħabat ma’ Opel Corsa li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Mellieħa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei

sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport