Saturday, December 14, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 53 sena residenti Raħal Ġdid, ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marsa, il-Marsa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti San Ġiljan u mutur Yamaha misjuq mill-vittma.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport