Pollakk ta’ 24 sena residenti Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, is-Siġġiewi.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Daelim VJ, tilef ilkontroll u nqaleb. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.