Raġel ta’ 30 sena residenti Pembroke, għal xi n-nofsiegħa ta’ filgħodu ittieħed lIsptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Madliena, is-Swieqi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef ilkontroll b’konsegwenza li ħabat ma’ ħajt.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr. Joseph Mifsud LL.D li ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

