Raġel mill-Maċedonja ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid, għal xis-1:00 p.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Bypass ta’ San
Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kawasaki, tilef ilkontroll u waqa`.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr. Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


