Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur imut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m kien involut f’ħabta ma’ vettura fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja. Il-vittma, li għandu 42 sena kien joqgħod il-Gudja.

Il-pulizija ġiet infurmata bil-każ u mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlu fuq il-post tad-diżgrazzja rriżulta li l-ħabta kienet bejn van Transit misjuq minn raġel ta’ 62 sena mill-Qrendi u l-mutur Kawasaki misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post tal-inċident u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta dwar dan l-inċident.

Ekonomija

Sport