Monday, July 28, 2025

SEWWIEQ TA’ MUTUR IMUT WARA LI TILEF IL-KONTROLL TAL-MUTUR FIL-PIETÀ

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marina, il-Pieta’.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 58 residenti ż-Żejtun kien qiegħed isuq mutur talgħamla Honda, tilef il-kontroll, kellu impatt ma’ bankina u waqa`.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali, filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport