Illum għall-ħabta tal-5:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt Juan B Azopardo, l-Isla.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 43 sena residenti l-Isla stess kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll u ħabat f’bollard li tifred it-triq u l-bankina.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq ilpost.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.