Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi f’ħabta ma’ vann fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ta’ 32 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex. Il-Pulizija kienet informata bl-inċident fi Triq Gedrin għall-ħabta tal-10.30 a.m.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi vann tat-tip Isuzu Rodeo li kien misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Għarb, u mutur tat-tip Yamaha li kien misjuq mir-raġel ta’ 32 sena residenti Għajnsielem.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport