Saturday, November 16, 2024

Sewwieq ta’ mutur issofri ġrieħi gravi f’ħabta ma’ żewġ vetturi oħra

Aqra wkoll

Mara ta’ 30 sena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imtarfa. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.40 a.m. fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati.

Jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi ħabta bejn żewġ vetturi – karozza tat-tip Ford li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena li jgħix il-Mosta, u vann Toyota Hilux li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat – u mutur tat-tip Honda li kien qed jinstaq mill-mara.

Fuq il-post issjeħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport