Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’ħabta f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti l-Imqabba, weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ, għall-ħabta tas-7.00 a.m., fi Triq Dun Ġużepp Barbara, Ħal Kirkop. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Renault Clio, misjuqa minn raġel ta’ 75 sena residenti Ħal Safi, u mutur Honda WW125A misjuq mill-vittma. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport