Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.15 p.m., fi Triq Sant’Antnin.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Smart misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti s-Siġġiewi u mutur Kymco misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 27 sena u jgħix il-Marsa. Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 35 sena residenti l-Birgu.
Il-persuni kollha ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u x-xufier tal-mutur u l-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-mara ma sofrietx ġrieħi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.