Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-7:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq L-Ewwel Titjira 1915 f’Ħal Luqa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Wied il-Għajn u Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħal Safi.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar osservanza medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport