Monday, May 12, 2025

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-8.00am meta l-Pulizija ġiet informata li kien seħħ inċident fi Triq il-Wied, Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbug u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 29 sena u jgħix Ħal Qormi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport