Monday, April 29, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta fil-Marsa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Marsa. Kien għall-ħabta tad-9.15 p.m. metat l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident fi Triq Aldo Moro. 

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda, misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti Birżebbuġa u Toyota Vitz misjuqa minn Niġerjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport