Friday, November 15, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-00:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti n-Naxxar.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard irriżulta li r-raġel kien sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport