Saturday, December 21, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-7:15 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Toyota Corsa misjuqa minn mara ta’ 42 sena, u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 25 sena. Dan tal-aħħar weġġa’ u kellu jittieħed l-Isptar. Iż-żewġ persuni huma residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport