Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tumas Chetcuti f’Ħ’Attard.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 320 misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Tas-Sliema u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħ’Attard.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin