Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-4.15 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Sqaq San Anard, iż-Żejtun.
Mnn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Fiat 500 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Wied il-Għajn, vettura Toyota Tercel misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti ż-Żejtun stess, u mutur tal-għamla Honda misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm aktar tard seta’ jittieħed l-isptar permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.