Friday, April 3, 2026

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Għawdex

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.30am meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, in-Nadur.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti x-Xagħra u mutur Royal Enfield misjuq minn raġel ta’ 58 sena residenti n-Nadur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport