Tuesday, December 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ wara li għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi triq il-Pitjali f’Ħ’Attard. 

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Iveco 75E 17, misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti l-Imġarr, u mutur Yamaha, misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti s-Swieqi.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport