Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 22 sena kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. Konsegwenza t’hekk il-mutur ħabat f’żewġ karozzi li kienu pparkjati.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu lejn l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.