Monday, March 30, 2026

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident fl-Imsida

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied Ta’ l-Imsida, Msida.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Sym Symphony misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Imsida.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport